Melita Business Tgħaqqad 6,000 Uffiċjal Pubbliku Online
Melita Business se tkun qed tipprovdi konnettività tad-data li ser jibbenifikaw biha sa 6,000 uffiċjal fi ħdan is-Servizz Pubbliku wara ftehim mal-Aġenzija tat-Teknoloġija tal-Informatika ta’ Malta (MITA).
Il-ftehim, li jsegwi sejħa għal offerti, se jfisser li uffiċjali pubbliċi eliġibbli se jiġu pprovduti b’wireless mobile internet u apparat li jipprovdi hotspot biex jiggarantixxu konnettività waqt li jaħdmu b’mod remot abbażi tal-Politika fuq Xogħol Remot li ġiet introdotta riċentament.
Malcolm Briffa, Direttur tas-Servizzi tan-Negozju ma’ Melita Limited, qal, “Melita Business hi unikament kapaċi li tipprovdi konnettività mobbli ta’ veloċità għolja madwar Malta u Għawdex filwaqt li hija affidabbli u sigura, u dan jagħmilna l-fornitur tal-għażla għall-organizzazzjonijiet kbar u żgħar li jridu jinkoraġġixxu xogħol remot u flessibbli. Bħala sostenitur ta’ xogħol flessibbli u miżuri favur il-familja, Melita Business hi kuntenta li l-offerti ta’ konnettività tagħha huma mezz vijabbli għan-negozji biex jimplimentaw tali miżuri”
“Meta jagħżlu dan is-servizz, in-negozji, u l-korpi governattivi jistgħu jserħu moħħhom li mhux se jirċievu sorpriżi fil-kontijiet, peress li s-servizz jipprovdi għal kontrolli kontra użu għoli mhux mistenni. Is-servizz ta’ data connectivity ipprovdut lill-MITA minn Melita Business se jintegra bla xkiel mal-applikazzjonijiet u s-sistemi tal-Gvern biex ikompli jtejjeb il-flessibbiltà u l-effiċjenza” żied Simon Baldacchino Barthet, Senior Sales Manager ma’ Melita Limited.
Bis-saħħa tan-netwerk ta’ Melita Business, eluf ta’ impjegati tas-servizz pubbliku se jkollhom il-konnettività li għandhom bżonn biex ikomplu jaħdmu filwaqt li jiżguraw li jkunu jistgħu jibqgħu siguri u jattendu għall-bżonnijiet tal-maħbubin tagħhom.