Membru Tar-River Of Love Tgħid Li Abner Attenda Darba U ‘Ġara Li Ġara’

 Membru Tar-River Of Love Tgħid Li Abner Attenda Darba U ‘Ġara Li Ġara’

Rebecca Paris f’filmat li tellgħet fuq il-midja soċjali tagħhha, fejn anke qalet li ilha taħsibha biex tagħmel dan il-vidjo filwaqt li issa ħasset li għandha tagħmlu u tħoss li ċertu tgħajjir u malafami għandu jinqata’.

Tkellmet dwar il-qtil ta’ Paulina Dembska u semmiet lil Abner Aquilina fejn possibbilment attenda għal ċerimonja tal-moviment darba “kulma ġie darba u ġara li ġara.”

Iżda, Paris qalet li dan m’għandux jitfa’ dell ikrah fuq il-membri ta’ dan il-moviment, li minnu joħroġ ħafna ġid fosthom li rat nies ifiequ mill-pornografija, ħelsu mid-droga u jsir ħafna ġid. Qalet li rat familji jingħaqdu, profeziji jseħħu, u rat ukoll żgħażagħ li kellhom vizzji bħall-masturbazzjoni u tarahom “they worship the Lord.”

Intant, il-pulizija qed tkellem xi membri ta’ River of Love dwar rabtiet li seta’ kien hemm ma’ Abner.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com