“Mill-Ġimgħa D-Dieħla, Il-Pjazza Tan-Naxxar Mhux Se Tibqa’ L-Istess…”

 “Mill-Ġimgħa D-Dieħla, Il-Pjazza Tan-Naxxar Mhux Se Tibqa’ L-Istess…”

“Mill-ġimgħa d-dieħla, il-Pjazza tan-Naxxar mhux se tibqa’ l-istess.”

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Kumitat tal-Klabb tal-Futbol tan-Naxxar fuq il-mezzi soċjali tiegħu hekk kif nhar il-Ħadd li ġej jasal “it-tmiem ta’ era.”

Il-Klabb tal-Futbol tan-Naxxar spjega kif wara diversi snin, il-Qorti ordnat li l-Każin jingħata lura lis-sidien tiegħu.

“Aħna diżappuntati li l-Klabb tagħna tħalla waħdu f’dawn iż-żminijiet diffiċli, b’ħafna wegħdiet li ma’ issarrfu f’xejn minnhom,” tenna l-Kumitat tal-Klabb. Dan wara li l-Klabb apparti li ħa jkun mingħajr Każin u ċentru amministrattiv, għadu wkoll wara snin twal ta’ wegħdi mingħajr grawnd tal-futbol tiegħu.

Fi stqarrija l-President tal-Klabb u l-membri tal-Kumitat irringrazzjaw lil kullminn ħadem għal dan il-Klabb glorjuż, lis-sapporters u l-benefatturi kif ukoll il-barmen kollha li ħadmu f’dan il-Każin u ħadu l-inizjattiva biex “ibiddlu l-każin fit-tieni dar tagħna.”

“Aħna se nibqgħu ngħożżu dawn il-memorji sbieħ f’dan il-Każin għal dejjem…u b’rasna mgħollija, se nibqgħu niġġieldu bħal iljuni veri,” temm jgħid il-Klabb tal-Futbol Naxxari.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com