Mil-Lum Jekk Tgħix Ma’ Persuna Li Kellha Kuntatt Ma’ Każ Pożittiv U Ħadt Il-Booster M’Għandekx Għalfejn Tagħmel Kwarantina

 Mil-Lum Jekk Tgħix Ma’ Persuna Li Kellha Kuntatt Ma’ Każ Pożittiv U Ħadt Il-Booster M’Għandekx Għalfejn Tagħmel Kwarantina

Mil-lum tidħol fis-seħħ l-emenda fil-liġi dwar il-perjodu tal-kwarantina għal min huwa imlaqqam bid-doża tal-booster.

Dan ifisser li mil-lum persuni li jirriżultaw pożittiv għall-Covid-19 u ħadu l-booster se jkunu obbligati jagħmlu kwarantina ta’ għaxart ijiem flok 14-il ġurnata, jekk fl-aħħar tlett ijiem tal-kwarantina, ma jkollhomx sintomi.

Tibdil sar ukoll fil-kwarantina li wieħed għandu jagħmel jekk kellu kuntatt dirett ma’ xi ħadd pożittiv. Mill-lum jekk għandek ċertifikat validu tal-vaċċin se tkun tista’ itemm l-kwarantina wara sebat ijiem. Dan wara li jkun sar rapid test u jirriżulta fin-negattiv.

Mil-lum ukoll, dawk in-nies li jgħixu fl-istess residenza ma’ persuni li kellhom kuntatt dirett ma’ xi ħadd pożittiv, imsejħa bħala secondary contacts, m’għandhomx għalfejn jagħmlu kwarantina ġaladarba jkunu mlaqqma bil-booster.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com