“Ninsab Ċert Li Din Is-Sena Int Sejjer Il-Ħabs” – Jason Azzopardi
Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista, Jason Azzopardi qal li “jinsab ċert” li Konrad Mizzi “din is-sena sejjer il-ħabs.”
Jason Azzopardi kiteb dan fuq il-mezzi soċjali tiegħu, fejn fis-sigħat li għaddew kiteb li Konrad Mizzi flimkien ma Joseph Muscat “ikkorrompew il-politika b’mod li qatt ma sar bħalu qabel.”
Azzopardi kompla jgħid li Mizzi “ħammeġ il-politika bir-rgħiba” u li ta’ isem ħażin lill-politiċi kollha, “huma min huma u li fil-politika jaraw missjoni u servizz għas-soċjetà.”
“Konrad Mizzi, int sejjer il-ħabs. Mhux ser tkun waħdek. Imma lesti ruħek għax din is-sena (2022) int sejjer il-ħabs,” saħaq Jason Azzopardi.
Huwa temm jgħid li jinsab “ċert daqs kemm jien ċert li qiegħed hawn. U ebda bagalja b’€500,000 kontanti fiha m’hu ħa issalvak,” temm jgħid Azzopardi.