Omm Twelled Tewmin F’Ġurnata U Sena Differenti Minn Xulxin

 Omm Twelled Tewmin F’Ġurnata U Sena Differenti Minn Xulxin

Fl-Istati Uniti tewmin twieldu f’sena differenti hekk kif kien hemm 15-il minuta differenza bejniethom.

Dan il-każ ġara propju nhar il-Ġimgħa li għadda fi tmiem is-sena hekk kif wieħed mit-trabi Alfredo twieled f’11:45pm tal-Ġimgħa 31 ta’ Diċembru, 2021. Oħtu Aylin twieldet 15-il minuta wara propju f’12:00am tas-Sibt 1 ta’ Jannar, 2022.

Omm u missier it-tewmin minn Kalifornia bla dubju kienu ferħana ħafna bit-twelid taż-żewġt itfal tagħhom. Fl-ewwel kummenti tagħhom qalu li hija stramba ħafna li għandhom tewmin però ħa jkunu qed jiċċelebraw għeluq żmienhom f’ġranet differenti.

Fl-Istati Uniti jkun hemm 120,000 twelid ta’ tewmin kull sena, però każ bħala dan huwa verament rari li jiġri.

Ritratt: dailymail.co.uk

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com