Pakkett Zalzett B’Xejn Jekk Sejjer Tieħu L-Booster!

 Pakkett Zalzett B’Xejn Jekk Sejjer Tieħu L-Booster!

Ċajta li xi ħadd għamel fuq il-mezzi soċjali spiċċat biex il-kumpanija nvoluta tqassam pakketti taz-zalzett b’xejn lill-ewwel mitt persuna li jmorru jieħdu t-tilqima tal-booster.

Iċ-ċajta bdiet meta xi ħadd għamel stampa ta’ pakkett zalzett mir-roża u kiteb, “jekk tiekol dan m’għandekx għalfejn tkun taf x’ingredjenti fiha t-tilqima.”

Il-kumpanija li tbiegħ il-prodotti tal-laħam u li l-prodott tagħha spiċċa f’din iċ-ċajta, fuq il-mezzi soċjali tagħhom qalu: “minn għamel din iċ-ċajta?”

“Bis-serjetà imma, ħudu l-vaċċin tal-booster…fil-fatt se nkunu qed nagħtu pakkett zalzett b’xejn lill-ewwel mitt persuna li se jieħdu l-vaċċin,” kitbet il-kumpanija fil-post tagħha.

Jidher li kien hemm min ġa bagħat id-dettalji biex jiġbor dan il-pakkett zalzett.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com