Paulina Dembska Hija L-Vittma Li Nqatlet Brutalment F’Tas-Sliema – X’Wassal Għal Dan Il-Qtil?

 Paulina Dembska Hija L-Vittma Li Nqatlet Brutalment F’Tas-Sliema – X’Wassal Għal Dan Il-Qtil?

Bosta nies qed jitkellmu dwar il-każ ta’ Paulina Dembska, it-tfajla Pollakka ta’ 29 sena li kienet toqgħod Tas-Sliema u li sfat maqtula kmieni l-bieraħ filgħodu minn allegatament żagħżugħ ta’ 20 sena miż-Żejtun. Iż-żagħżugħ ġie arrestat ftit metri l-bogħod minn fejn sar il-qtil, wara li daħal jgħajjat fil-Knisja tal-Karmnu fil-Balluta.

Storja li kexkxet lil Malta fit-tieni jum tas-sena l-ġdida kif ukoll kienu bosta dawk li tkellmu fuq dan il-każ u każijiet simili li ġraw fil-passat riċenti fejn il-vittma tkun mara. Dan il-fatt iġib miegħu diversi sentimenti fejn ta’ kuljum nisimgħu dwar kif ser nrażżnu l-abbużi u l-vjolenza fuq nisa, fosthom anke l-Papa Franġisku fid-diskors tiegħu fl-Ewwel tas-Sena, fejn tkellem fuq din il-pjaga.

Dan huwa każ ieħor fejn is-soċjetà falliet ma’ tfajla li ġiet tgħix f’pajjiżna b’moħħha mistrieħ, fallejna mal-familja tagħha wkoll. Fejn qabel konna naħsbu li dawn l-affarijiet isiru minn barranin, illum qed naraw b’għajnejna li dawn l-affarijiet qed isiru minn Maltin fostna ukoll.

Paulina kienet integrat sew fis-soċjetà wkoll hekk kif kienet tikkontribwixxi biex ta’ kuljum tagħti l-ikel lil qtates li kienu jiġru barra fl-istess Ġnien fejn inqatlet.

Qed nagħmlu biżżejjed biex każijiet bħal dawn ma’ jerġgħux jirrepetu ruħhom?

Jekk taf lil xi ħadd jew int stess qed tgħix f’sitwazzjoni ta’ vjolenza domestika fittex l-għajnuna billi ċċempel 179 jew idħol fis-sit elettroniku https://fsws.gov.mt/en/Pages/ReportAbuse.aspx u jagħfas il-link REPORT ABUSE.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com