Qabel Ġie Arrestat Iż-Żagħżugħ B’Rabta Mal-Qtil Ta’ Dalgħodu Daħal Fil-Knisja Tal-Karmnu U Qajjem Kommossjoni
Aktar kmieni fi stqarrija l-Pulizija kkonfermat li ftit tal-ħin wara l-qtil ta’ mara Pollakka ta’ 29 sena fi Ġnien l-Indipendenza f’Tas-Sliema, fl-akwati tal-Balluta, ġie identifikat u arrestat raġel Malti ta’ 20 sena miż-Żejtun li huwa suspettat li wettaq l-allegat omiċidju.
Huwa ġie arrestat propju barra l-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu fil-Balluta.
Ftit tal-ħin ilu s-sit tvm.com żvela kif qabel ġie arrestat iż-żagħżugħ daħal fil-knisja tal-Karmnu, tela’ fuq l-artal u qaleb sedja u leġiju u qajjem kommissjoni sħiħa sakemm xi nies li kienu fil-knisja ħarġuh barra. Dan seħħ waqt li kienet ħa tibda l-quddies tas-6:00am.
Ntqal ukoll li f’dan il-mument iż-żagħżugħ qal xi kliem dwar dak li kien għadu kemm wettaq ftit qabel. Il-Katavru tal-mara Pollakka nstab għall-ħabta tas-6:20am.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Astrid May Grima, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet sabiex tiġi stabbilita’ d-dinamika ta’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
Ara wkoll: