Qed Idur Raġel, Jaqbad Konversazzjoni U F’daqqa Waħda Taparsi Nqalgħatlu Emerġenza – Attenti
Persuni tkellmu magħna biex niġbdu l-attenzjoni tal-pubbliku speċjalment anke ta’ anzjani li jkunu waħedhom fejn jidher li raġel qed idur l-inħawi tal-Mosta u n-Naxxar u jagħmel ta’ bir-ruħu li jafek u għarrfek mill-passat hekk kif jarak.
Wara li jaqbad diskussjoni u jibda jsemmi taparsi dari u l-antik, f’daqqa waħda jaħsdek u jitolbok xi ħaġa tal-flus minħabba emerġenza li jirċievi.
Jgħidlek li jaf fejn toqgħod u li ġej jitfgħalek il-flus li tkun selliftu fil-letter box. Dan ma jkun xejn minnu. Attenti u xerrdu dan il-messaġġ. Il-pulizija tad-distrett ġew notifikati wkoll.