“Quddiem L-Isfidi Pajjiżna Baqa’ U Se Jibqa’ Jikseb Iktar Riżultati Pożittivi” – Il-PM Robert Abela
“Quddiem l-isfidi pajjiżna baqa’ u se jibqa’ jikseb iktar riżultati pożittivi.”
Dan ntqal mill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela fuq il-mezzi soċjali tiegħu, f’għeluq is-sentejn minn meta ngħata l-appoġġ biex jmexxi l-Partit Laburista u l-pajjiż.
Robert Abela irringrazzja lin-nies tal-appoġġ li tawh tul dawn l-24 xahar u saħaq li “s-suċċess ta’ pajjiżna jkun ikbar kull darba li naħdmu flimkien.”
Il-Prim Ministru Robert Abela temm jgħid li Malta li rridu għal uliedna hi isbaħ b’ambjent aħjar, filwaqt li tkompli toħloq l-opportunitajiet u tkun post fejn tirrenja l-ġustizzja u l-ugwaljanza.