Raġel Instab Mixħut Mal-Art Bi Ġrieħi Serji Quddiem Garaxx F’Tal-Pietà – Il-Pulizija Qed Tinvestiga L-Każ
Raġel ta’ 54 sena li joqgħod Tal-Pietà sofra ġrieħi serji wara li nstab mixħut mal-art.
Huwa nstab dalgħodu, għall-ħabta tas-6:30am, fi Triq Hookham Frere, Tal-Pietà wara li kien hemm rapport ta’ persuna mixħuta fl-art.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u quddiem daħla ta’ garaxxijiet instab raġel, b’xi ġrieħi.
Għaldaqstant, fuq il-post issejaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ sabiex tiġi stabbilità d-dinamika tal-każ.
Ritratt: TVM