Raġel Isofri Ġrieħi Gravi Wara Argument F’Għawdex
Il-Pulizija qed tfittex raġel li kien involut f’argument u aggredixxa Sudaniż ta’ 26 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-10:30pm, fi Triq il-Qbajjar, iż-Żebbuġ.
Il-Pulizija fi stqarrija qalet li s-Sudaniż daħal fl-Għassa ta’ Marsalforn u allega li kien għadu kif ġie aggredit minn raġel ieħor b’arma li taqta’ u bil-ponta.
Minħabba li r-raġel kellu xi ġrieħi, il-Pulizija talbet l-assistenza medika u ambulanza ħaditu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet u bit-tfittxijiet għall-aggressur.