Raġel Isofri Ġrieħi Serji F’Ħabta Bejn Żewġ Karozzi F’Birkirkara
Raġel ta’ 49 sena mill-Imġarr sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tas-7:30am, fi Triq l-Imrieħel, Birkirkara.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Volkswagen Bora, misjuqa mill-vittma u Toyota Townace, misjuqa minn raġel ta’ 78 sena mill-Gżira.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 49 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.