Raġel F’Diffikultà Ta’ Saħħa Waqt Li Kien Qed Isuq Fin-Naxxar
Ftit tal-ħin ilu raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, jidher li kellu bżonn attenzjoni medika urġenti waqt is-sewqan. Dan ġara fil-bidu ta’ Vjal il-21 ta’ Settembru.
Fuq il-post marru l-pulizija tad-distrett u ssejħet ukoll ambulanza. Dan wara li r-raġel kien assistit minn tim mediku li wasal fuq il-post u li tawh ic-CPR.
Jidher li ir-raġel seta’ ħass xi uġieħ u għalkemm mar fuq il-karreġġjata opposta ta’ dik li kien qed isuq fiha, irnexxielu jwaqqaf il-karozza fil-ħin u evita mpatt.
L-għajnuna kienet immedjata hekk kif dan il-każ seħħ quddiem l-għassa tan-Naxxar quddiem bosta nies li kienu qed jistennew fil-kju biex jieħdu l-booster.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ li jevitaw din l-akkwata minħabba traffiku li jista’ jinħoloq.