Raġel Sofra Ġrieħi Gravi F’Saqajh Waqt Li Kien Qed Jaħdem F’Barriera Fin-Naxxar
Ħaddiem sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ xi makkinarju fuq saqajh.
L-aċċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-5:00pm, f’barriera fi Triq Wied Filep, in-Naxxar.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li r-raġel ta’ 53 sena residenti l-Imġarr kien qed jaħdem biswit makkinarju li ċċaqlaq u waqa` fuq saqajh.
Hu ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.