Rapport: Il-Papa Franġisku Mistenni Jżur Malta Fil-Bidu Ta’ April
Il-Papa Franġisku mistenni jżur pajjiżna fit-2 u t-3 ta’ April li ġej.
Dan għadu kemm ġie żvelat mit-Times of Malta fejn intqal li l-Vatikan għadu kemm informa lill-Gvern u lill-Knisja F’Malta b’dawn id-dati.
Iż-żjara oriġinarjament kellha tkun f’Mejju 2020, però minħabba l-pandemija din kellha tiġi posposta.
Il-Gvern għadu ma’ ħareġ xejn uffiċjali però jidher id-dati ta’ April ġew aċċettati u għalhekk mistenni li dan jitħabbar b’mod uffiċjali mill-Awtoritajiet.