Rapport: Il-Pulizija B’Tfittxija Fl-Uffiċju Ta’ Joseph Muscat Dakinhar Tar-Rejd Fid-Dar
Il-Pulizija fl-istess ġurnata li għamlet tfittxija fid-dar ta’ Joseph Muscat għamlet tfittxija ukoll fl-uffiċju tiegħu li jinsab f’Sa Maison.
Dan ġie żvelat minn ‘Malta Today’ fejn qalet ukoll li l-uffiċju huwa propjetà tal-Gvern u li Muscat ilu juża sa minn meta rriżenja minn Prim Ministru.
L-Erbgħa li għadda l-Pulizija l-ewwel wettqet tfittxija fis-7:00am fid-dar tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, f’Burmarrad. Din it-tfittxija damet madwar tliet sigħat, fejn ġew sekwestrati dokumenti kif ukoll l-mowbajls ta’ Joseph Muscat u martu Michelle kif ukoll taż-żewġt itfal tiegħu.
Fil-filmat li tela’ aktar tard fil-ġurnata fuq il-mezzi soċjali tiegħu, huwa qal li kien konxju ta’ dak li kien se jiġri.