Rapporti Jindikaw Li Abner Aquilina Se Jkun Rilaxxat Mill-Isptar Monte Carmeli Fil-Ħin Li Ġej
Abner Aquilina, il-ġuvni ta’ 20 sena suspettat li qatel lil Paulina Dembska f’Tas-Sliema, se jkun qed jiġi rilaxxat mill-Isptar Monte Carmeli fil-ħin li ġej.
Rapporti qed jgħidu li l-Pulizija qed tippjana li tressaq lil Abner il-Qorti fis-sigħat li ġejjien. Dan minħabba li hekk kif Aquilina jkun rilaxxat mill-Isptar il-Pulizija se jkollha 48 siegħa ċans biex tagħmel dan, inkella jkun rilaxxat fuq police bail.
Il-qtil ta’ Paulina Dembska, ta’ 29 sena mill-Polonja seħħ nhar il-Ħadd, 2 ta’ Jannar, fi Ġnien l-Indipendenza f’Tas-Sliema.
Is-sit Lovin Malta kien qal li waqt l-interrogazzjoni Abner Aquilina kien qal lill-Pulizija li hu “is-suldat ta’ Kristu” u kien qed jaġixxi skond dak li kien qed jisma’.