Rumen Ġie Arrestat Fi Spanja B’Rabta Ma’ Serqa Minn Residenza F’Santa Venera Fl-2015

 Rumen Ġie Arrestat Fi Spanja B’Rabta Ma’ Serqa Minn Residenza F’Santa Venera Fl-2015

Investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija tal-Iskwadra tar-Reati Maġġuri, bl-assistenza tal-Pulizija Spanjola, wasslu għall-arrest ta’ Rumen ta’ 32 sena b’rabta ma’ serqa li seħħet minn residenza fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera, fl-2015.

Dakinhar, il-Pulizija kienet ġiet infurmata li xi ħadd kien daħal fir-residenza, seraq diversi affarijiet fosthom apparat elettroniku u ġojjellerija, u ħarab minn fuq il-post. Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli kienet ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Mill-istħarriġ li sar mill-Pulizija Maltija rriżulta li l-allegat ħalliel kien qiegħed jgħix fi Spanja u għaldaqstant inħareġ Mandat ta’ Arrest Ewropew. Huwa ġie arrestat mill-Guardia Ċivil ta’ Spanja u wara li tressaq fil-Qorti Spanjola, ir-Rumen ġie rrilaxxat lill-Awtoritajiet Maltin. Ir-raġel inġieb Malta lbieraħ skortat mill-Pulizija Maltija.

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti dalgħodu, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia, b’akkużi relatati ma’ dan il-każ, fost oħrajn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com