Se Jipprotestaw Kontra L-Miżuri Tal-Covid Li Bdew Mil-Lum

 Se Jipprotestaw Kontra L-Miżuri Tal-Covid Li Bdew Mil-Lum

Il-Freedom Movement se tipprotesta fil-Belt Valletta kontra l-miżuri l-ġodda li daħlu fis-seħħ mil-lum.

Il-membri tal-moviment saħqu li se jipprotestaw kontra ‘t-tirannija u favur id-drittijiet tal-bniedem.’

Din il-protesta se tibda minn ħdejn Bieb il-Bomba għal ħdejn il-kurja, il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal quddiem il-Parlament, quddiem Kastilja, quddiem il-Qorti u wara quddiem l-Uffiċċju tal-President.

Mil-lum, biex tidħol f’bar jew f’ristorant, trid tippreżenta ċ-ċertifikat validu tal-vaċċin.

Ritratt: Newsbook

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com