Serqa Minn Ħanut Fiż-Żejtun

 Serqa Minn Ħanut Fiż-Żejtun

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq l-Isqof Emm. Galea, iż-Żejtun.

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li żewġt irġiel mgħammda u armati b’sikkina, daħlu fil-ħanut u talbu l-flus lill-kaxxiera – żewġ nisa ta’ 40 sena u 25 sena rispettivament.

Iż-żewġt irġiel ħarbu minn fuq il-post wara li serqu ammont ta’ flus kontanti.

Il-kaxxiera ma sofrew l-ebda ġrieħi f’dan l-inċident.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca li fetħet inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għaż-żewġt irġiel involuti fis-serqa.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com