“Shawn Ta Ħafna Minn Ħinu Biex Jaħdem Fis-Skiet” – Il-Belt Maħsuda Bil-Mewt Ta’ Wieħed Minn Uliedha

 “Shawn Ta Ħafna Minn Ħinu Biex Jaħdem Fis-Skiet” – Il-Belt Maħsuda Bil-Mewt Ta’ Wieħed Minn Uliedha

“Shawn ta ħafna minn ħinu biex jaħdem fis-skiet fl-imħażen tagħna.” Dan kien il-kliem li kitbu l-Kumitat tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta, hekk kif ħadu l-aħbar bil-mewt ta’ Shawn Mallia.

Bosta kienu dawk li kitbu fuq il-mezzi soċjali tagħhom dwar il-mewt ta’ Shawn li ħasdet lill-Beltin kollha. Fosthom is-Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit fejn kiteb li Shawn dejjem kellu għal qalbu dak li hu Belti.

“Kif tagħmel, Fejn mortilna? X’ġaralek ħabib?…Tlaqt ħabta u sabta.” Kien dan il-messaġġ li kiteb il-Viċi Sindku tal-Belt Valletta, Ray Azzopardi fejn sellem il-memorja ta’ Shawn u qal li se jibqa’ jgħożż il-memorji tiegħu kemm waqt il-karnival kif ukoll fil-festa tal-Karmnu.

Il-Kumitat tal-Festa ta’ San Duminku wkoll sellem il-memorja tiegħu fejn bagħatu l-kondoljanzi lill-familja tiegħu.

Dan il-każ huwa marbut mal-każ sfortunat li seħħ ilbieraħ fin-Naxxar. Allegatament Shawn Mallia kellu bżonn attenzjoni medika urġenti minħabba li ma baqax jirrispondi waqt li kien qed isuq karozza fi Vjal il-21 ta’ Settembru, fin-Naxxar.

Ara wkoll:

Raġel F’Diffikultà Ta’ Saħħa Waqt Li Kien Qed Isuq Fin-Naxxar

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com