Sospiżi L-Interrogazzjonijiet B’Rabta Mal-Qtil F’Tas-Sliema – Is-Suspettat Ġie Riferut Għall-Isptar Monte Carmeli

 Sospiżi L-Interrogazzjonijiet B’Rabta Mal-Qtil F’Tas-Sliema – Is-Suspettat Ġie Riferut Għall-Isptar Monte Carmeli

L-interrogazzjonijiet tal-Pulizija kellhom jiġu sospiżi minħabba li l-allegat suspettat b’rabta mal-qtil ta’ Pollakka ta’ 29 sena kellu jittieħed l-Isptar Monte Carmeli.

Il-Pulizija bħalissa għandha f’idejha u kienet qed tinterroga lil Abner Aquilina ta’ 20 sena, miż-Żejtun.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li wara l-arrest, l-allegat suspettat tal-omiċidju li seħħ fi Ġnien l-Indipendenza, Tas-Sliema, ittieħed l-Isptar Mater Dei sabiex ikun invistat mit-tobba u hemmhekk ġie riferut għall-Isptar Monte Carmeli. Minħabba f’hekk, f’dan l-istadju l-Pulizija kellha tissospendi l-interrogazzjonijiet tas-suspettat.

Intant, il-Pulizija kkonfermat li l-vittma Paulina Maria Dembska kienet qiegħda toqgħod f’hostel f’Tas-Sliema u kienet Malta bħala studenta.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ qegħdin jitmexxew mill-Pulizija tal-Iskwadra tal-Omiċidji u dawk tad-Distrett ta’ Tas-Sliema.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com