Spanja Tippjana Li Terġa’ Lura Għall-Ħajja Normali…

 Spanja Tippjana Li Terġa’ Lura Għall-Ħajja Normali…

Matul din il-ġimgħa l-Prim Ministru Spanjol, Pedro Sánchez qal li l-pjan tal-Gvern huwa li jmexxi lil Spanja lura għall-ħajja normali billi l-pandemija tal-Covid-19 tkun kunsidrata bħala marda endemika bħall-influwenza.

Spanja huwa pajjiż b’rata għolja ta’ nies mlaqqma u r-rata ta’ mwiet naqqset minn 13% għal 1%.

Madankollu Dr. Jeffrey Lazarus mill-Istitut Mediku ta’ Barċellona qal li “t-tmiem tal-pandemija għadu ferm ‘l bogħod.” Huwa qal li dak li qed jipproponi l-Prim Ministru Spanjol hija aktar deċiżjoni politika milli dik ta’ saħħa pubblika.

Il-WHO appellat lill-pajjiżi sabiex jibqgħu attenti għaliex minkejja li ngħataw 10 biljun tilqima kontra l-Covid-19, hemm ħafna aktar nies li għadhom ma’ ħadu l-ebda tilqima.

Jidher li l-Portugal u l-Ingilterra qed jimxu fuq l-istess linja ta’ Spanja, bir-restrizzjonijiet kollha mistennija jitneħħew fil-jiem li ġejjien.

Il-gżira Spanjola ta’ Ibiża li hija magħrufa għad-divertiment diġà ħabbret li minn April se tkun qed terġa’ tiftaħ il-bars u l-istabbilimenti kollha b’mod normali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com