Ta’ 11-il Sena Bdiet Tieħu D-Droga…Ta’ 13-il Sena Bdiet Taħdem Prostituta
“L-ewwel darba li nżilt il-Gżira għall-prostituzzjoni kelli 13.”
Dan kien il-bidu ta’ rakkont f’intervista li saret ma’ mara fuq il-programm televiżiv ‘Topik’. Hija rrakkontat dak kollu li għaddiet minnu minn meta kellha 11-il sena. Storja xokkanti li ġrat f’Malta.
Irrakkontat li f’ħajjitha kellha diversi problemi fil-familja u meta bdiet skola sekondarja ta’ 11-il sena bdiet tieħu d-droga. Kienet ġiet abbużata u missierha kellu problema kbira ta’ droga. Fil-fatt kien missierha stess li daħħalha f’dan il-vizzju u fix-xogħol tal-prostituzzjoni.
“Kien qali bidel pulit ħa nieħdok dawra…x’ħin wasalna Gżira u rajt dawk in-nisa u b’li ġieli smajt…meta bdejt ma’ kellix esperjenzi ma’ irġiel, kienet xi ħaġa tal-mistħija għal-ewwel, ma’ kontx naf x’nagħmel.”
Hija qalet li l-flus li kienet taqla’ kienet tixtrihom droga ma’ missierha.
“Kemm domt nagħmel dak ix-xogħol kont tlift il-fiduċja kollha fl-irġiel…Kienu jiġu nies miżżewġin, ta’ kull età u nazzjon, anke ġieli irġiel li kienu jidhru fuq it-televiżjoni, u darba anke qassis…”
Dan kollu għaddiet minnu meta hi kellha biss 14-il sena, u meta l-klijenti kienu jistaqsu kemm għandha żmien uħud minnhom “kienu jieħdu iktar pjaċir, ma’ kienux jiddejqu, u kien hemm min kien joffri aktar flus.”
Din il-persuna rrakkontat kif kienet spiċċat tiżżewweġ raġel għal Lm1,000 mingħajr ma kienet tafu.
Illum din il-persuna m’għaddiex fil-prostituzzjoni u missierha miet.
“Iva, kont vittma, għal grazzja ta’ Alla illum ħriġt mill-problemi, però l-passat jibqa’ jiġri warajk…”
Ara l-intervista kollha: