Tinbeda T-13-Il Edizzjoni Ta’ Festa Ċitru

Is-Sibt ingħata bidu għat-13-il edizzjoni ta’ Festa Ċitru.
L-edizzjoni ta’ din is-sena hija waħda b’differenza hekk kif qed issir b’mod ristrett fil-Kitchen Garden.
Minkejja dan, l-għan jibqa’ wieħed – biex permezz tal-bejgħ tal-frott taċ-ċitru li jikber fil-ġonna privati tal-Palazz ta’ San Anton, jinġabru fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation.
Is-Sinjura Miriam Vella, mart il-President ta’ Malta, appellat biex il-pubbliku jagħti sehmu f’din l-inizjattiva annwali u jixtri l-larinġ, il-lumi u t-tronġ, kif ukoll prodotti oħra magħmulin miċ-ċitru mill-Kċina tal-President.
Ritratti: OPR