“Tisma’ L-Mobile Fil-5.30am … Chanelle Ħallietna”
Ivan Gaffiero sellem il-memorja ta’ Chanelle Bezzina min-Naxxar li ħalliet din id-dinja 7 snin ilu.
Spjega kif ħmistax qabel kienet miegħu fuq il-palk tifraħ bit-titlu ta’ Miss Simpatika Malta.
“Kienet xokk, dwejjaq fin-Naxxar , kulħadd jibki lil din it-tfajla tant simpatika , funeral ta’ reġina , ma ninsa qatt seba’ snin ilu …. ġurnata ta’ kesħa u xita, sħaba sewda ġiet fuq il-Familja Bezzina.”, kiteb Ivan.
Sadanittant, ommha Simone kitbitilha din il-poeżija mill-qalb:
L-uġiegħ fil-qalb tal-omm Għalik binti chanelle f’għeluq is-seba’ anniversarju li ħallejtna…
Reġgħet waslet il-ġurnata
Meta int lilna ħallejt
Seba’ snin mifruda minnek
Vojt ġo qalbi int ħallejt
Kemm hi kiefra meta titlef lil xi ħadd li jkun għażiż
Iktar u iktar li tkun bintek
Pjaga f’qalb ta’ dawk fil-qrib
Għalkemm jien inħossok miegħi
Qiegħda ħdejja hemm kull ħin
Naf li lilek ġie jsejjaħlek
Għaliex riedek il-Bambin
Wisq nimmissja t-tbissima
Int kont tferrah lil kulħadd
Mhux ta’ b’xejn kulħadd kien ħabbek
Int żgur ma tintesa qatt
Wisq għażiża, il-memorja
Ta’ dan l-anġlu illi mar
Biex igawdi l-ħanin Alla
U dlonk lejn il-ġenna tar
Kemm nixtieq li għal minuta
Tigi ħdejja ħa narak
Sabiex ngħannqek waħda kbira
U minn ħdani ma twarrabx
Għafsa w dieqa inħoss f’qalbi
Imma ċerta illi int
Kull sekonda qiegħda miegħi
Tieħu ħsiebi mis-smewwiet
Chanelle tagħna kompli bierek
Lilna l-għeżież kollha tiegħek
Qis li post hemmhekk terfgħalna
Meta niġu ngawdu miegħek.
L- għażiża ommok