Titħabbar Il-Mewt Ta’ Prof Joseph Eynaud – Il-Moħħ Wara L-Bidu Tal-Istudji Tat-Traduzzjoni Fl-Università

 Titħabbar Il-Mewt Ta’ Prof Joseph Eynaud – Il-Moħħ Wara L-Bidu Tal-Istudji Tat-Traduzzjoni Fl-Università

Fuq il-paġna ‘l-aċċent’ għada kemm tħabbret il-mewt ta’ Prof Joseph Eynaud.

“Dispjaċir kbir bl-aħbar tal-mewt tal-Prof Joseph Eynaud, fost l-oħrajn il-moħħ ewlieni wara l-bidu tal-istudji tat-traduzzjoni u l-interpretarjat fl-Università ta’ Malta, u kollaboratur tant għażiż tagħna.”

Prof Eynaud beda jagħlem il-letteratura u l-lingwa Taljana fl-Università ta’ Malta Fl-1978. Huwa kien il-Kap tad-Dipartiment tat-Taljana kif ukoll Deputat Kap tad-Dipartiment tal-Arti.

Fl-2003 waqqaf id-Dipartiment tal-istudji tat-traduzzjoni u l-interpretarjat fil-Fakultà tal-Arti.

Kondoljanzi lill-familjari tal-Professur Joseph Eynaud.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com