Żagħżugħ Jindarab Gravi Wara Li Tilef Il-Kontroll Tal-Mutur F’Burmarrad
Raġel ta’ 21 sena residenti San Pawl il-Baħar kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku li seħħ għal xi s-sitta u nofs ta’ dalgħodu, fi Triq Toni Camilleri, Burmarrad.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel weġġa’ meta waqa’ bil-mutur li kien qiegħed isuq, tal-għamla Hyosung.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.