Żewġ Terzi Tal-Adulti Residenti F’Malta Ħadu L-Booster Kontra L-Covid
Żewġ terzi jew 67% tal-adulti kollha li għandhom ‘il fuq minn 18-il sena u li joqgħodu f’Malta ġew imlaqqma bil-vaċċin addizzjonali kontra l-Covid.
Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne permezz tal-mezzi soċjali tiegħu.
Il-booster jidher li qed jagħti r-riżultati hekk kif għas-sitt jum konsekuttiv in-numru ta’ każijiet pożittivi kompla jonqos, bit-total ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 13,104 persuni.
Il-Ministru Fearne kompla jħeġġeġ aktar nies sabiex jersqu għat-tilqima u jirreġistraw fuq vaccin.gov.mt.
Two thirds (67%) of adults over 18 years resident in #Malta have now received a #booster dose against Covid19. Register at https://t.co/xDyYSLM0tY to receive yours. #BeBoosted pic.twitter.com/0bmB8uS6JN
— Chris Fearne (@chrisfearne) January 12, 2022