Anzjan Ta’ 87 Sena Sofra Ġrieħi Serji Wara Li Waqa’ T-Taraġ F’Residenza Fis-Swieqi
Anzjan ta’ 87 sena sofra ġrieħi serji wara li waqa’ t-taraġ.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li lbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tat-8:30pm, kienu nfurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li raġel kien iddaħħal l-isptar wara li kellu inċident f’residenza.
Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel ta’ 87 sena li joqgħod is-Swieqi kien waqa’ f’taraġ ta’ residenza li tinsab fi Triq il-Qasam, is-Swieqi.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.