Araw Xi Ppreparaw Dalgħodu Lir-Residenti Fl-Isptar Monte Carmeli

 Araw Xi Ppreparaw Dalgħodu Lir-Residenti Fl-Isptar Monte Carmeli

Dalgħodu f’ward fl-Isptar Monte Carmeli sar ġest sabiħ min-naħa tal-istaff tan-nurses u l-carers fejn għal Jum San Valentinu ppreparaw breakfast tajjeb għan-nies residenti fl-isptar.

Permezz ta’ dan il-ġest, urew lil dawn ir-residenti li l-imħabba li hija ċċelebrata llum, mhux biss hija ta’ bejn żewġ maħbubin iżda l-imħabba lejn il-proxxmu wkoll.

Dawn ir-residenti jirċievu ħafna mħabba mill-istaff li jieħdu ħsiebhom mhux biss f’jiem bħal-lum, iżda wkoll matul is-sena.

Awguri lir-residenti u lill-ħaddiema tal-isptar Monte Carmeli.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com