Arranġamenti Għall-Ivvjaġġar Biex Maltin Li Jgħixu Barra Mill-Pajjiż Jiġu Jivvotaw

 Arranġamenti Għall-Ivvjaġġar Biex Maltin Li Jgħixu Barra Mill-Pajjiż Jiġu Jivvotaw

Id-Dipartiment tal-Inforamzzjoni ħabbar li qed isiru arranġamenti għall-ivjaġġar għal votanti eliġibbli li joqgħodu barra mill-pajjiż biex ikunu jistgħu jivvotaw f’Malta fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss fis-26 ta’ Marzu 2022.

Għal dan l-għan, l-Air Malta se tipprovdi biljett bir-ritorn fuq servizzi skedati regolari tagħha b’noll ta €90 – inklużi t-taxxi u spejjeż oħrajn – għal persuni li huma eliġibbli li jivvotaw f’Malta fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss.

Il-bookings jistgħu jsiru fil-call centre tal-Air Malta fuq in-numru speċifiku (+356) 21418118. Iċ-ċentru se jkun miftuħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd mit-8.00am sad-9.00pm mill-Ħamis 24 ta’ Frar 2022 fit-8.00 ta’ filgħodu.

L-ivjaġġar lejn Malta hu possibbli mis-16 ta’ Marzu u s-26 ta’ Marzu 2022, u r-ritorn mis-26 u t-30 ta’ Marzu 2022 (dati inklużi).

Dawk il-persuni li jagħżlu li jivvutaw kmieni fid-19 ta’ Marzu 2022 jistgħu jivvjaġġaw lejn Malta mis-16 sat-18 ta’ Marzu biex ikunu jistgħu japplikaw l-Uffiċċju Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar sa mhux aktar tard minn 12.00pm tat-18 ta’ Marzu 2022. Huma jistgħu jivvjaġġaw lura mid-19 ta’ Marzu 2022, iżda mhux aktar tard mit-30 ta’ Marzu 2022.

Dawn l-arranġamenti tal-ivvjaġġar huma disponibbli għal votanti eliġibbli, inklużi dawk miżżewġa lil barranin, dawk li qed jistudjaw, li jaħdmu jew li għaddejjin minn trattament mediku barra mill-pajjiż; u dawk dipendenti tal-persuni msemmija.

Dawk il-persuni li tapplika għalihom din id-direttiva huma votanti li isimhom jidher fir-Reġistru Elettorali ppubblikat fi żmien ħamest ijiem mill-pubblikazzjoni tar-Writ tal-Elezzjoni Ġenerali.

Ritratt: TVM

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com