Arrestat Raġel B’ Rabta Ma’ Sensiela Ta’ Serq

 Arrestat Raġel B’ Rabta Ma’ Sensiela Ta’ Serq

Investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 30 sena, b’rabta ma’ numru ta’ serqiet li seħħew fuq medda ta’ xhur.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel allegatament seraq diversi oġġetti minn kumpanija privata u li l-valur tagħhom jammonta għal eluf ta’ ewro.

Fl-aħħar jiem il-Pulizija rnexxielha tidentifika fejn l-oġġetti misruqa setgħu kienu qegħdin jinżammu u wettqet tfittxijiet f’żewġ garaxxijiet f’San Pawl il-Baħar, liema tfittxijiet irriżultaw fil-pożittiv.

Ir-raġel ġie arrestat f’wieħed mill-garaxxijiet u qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija filKwartieri Ġenerali, il-Floriana.

Huwa mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia LL.D, mill-Ispettur George Frendo mid-Distrett tal-Qawra.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com