Bil-Filmat: Ajruplan Militari Russu Jispara Fuq Djar Ta’ Nies Ċivili
Familja Ukrena jaqbdu fil-fatt permezz ta’ filmat, ajruplan militari Russu jtir fil-baxx u jispara fuq djar b’familji ċivili fihom.
Fortunatament din il-familja ħelsitha bi ftit, imma familji oħra qed jinqatlu bla raġuni ta’ xejn mill-qawwiet Russi.
F’messaġġ fuq it-televiżjoni Putin qal li kull min ħa jipprova jostakola, u aktar minn hekk, joħloq theddid għar-Russja, u għall-poplu, “għandu jkun jaf li t-tweġiba tar-Russja se tkun waħda immedjata. U se twassal għal konsegwenzi li qatt ma rajtu bħalhom fl-istorja. Aħna lesti għal kull xenarju… Nittama li tisimgħu”.
Ara l-filmat: