Bil-Filmat: Ajruplan Mimli Passiġġiera B’Inżul Drammatiku F’Londra

Ajruplan tal-linja tal-ajru ‘British Airways’ jgħoddha b’waħda wara li ma setax jagħmel l-inżul tiegħu mal-ewwel tentattiv fl-ajruport ta’ Londra minħabba l-maltempata ‘Corrie’ li qed tolqot l-Ingilterra b’riħ qawwi.
Dan il-każ ġara nhar it-Tnejn li għadda, b’filmati fuq diversi siti tal-aħbarijiet Ingliżi juru l-ajruplan jixxengel ‘il quddiem u lura hekk kif kien niżel fl-ajruport ta’ Heathrow.
Il-qawwa tar-riħ bdiet itellef il-kontroll tal-ajruplan, bil-bdott isib diffikultà biex jikkontrolla l-inżul.
Madanakollu wara l-ewwel tentattiv drammatiku, l-bdott rnexxielu jniżżel l-ajruplan b’suċċess mat-tieni tentattiv, bil-passiġġiera kollha qawwijin u sħaħ.
Ara l-filmat:
Ritratt: The National