Bil-Filmat: Id-DPM Chris Fearne Iwieġeb Dwar Ir-Raba’ Doża Kontra L-Covid-19

 Bil-Filmat: Id-DPM Chris Fearne Iwieġeb Dwar Ir-Raba’ Doża Kontra L-Covid-19

“M’aħniex qed naraw li ħa jkun hemm bżonn ir-raba’ vaċċin, sakemm ma’ tidħolx xitwa oħra…”

Dan qalu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt li kien intervistat fuq il-programm Topik, ilbieraħ filgħaxija fuq TVM.

Huwa spjega li l-awtoritajiet tas-saħħa Maltin, flimkien mal-pajjiżi membri tal-UE, kif ukoll l-ECDC f’laqgħat li kellhom dwar dan, sax-xita li ġejja mhux qed jaraw lok li jkun hemm bżonn tar-raba’ doża.

“F’dan l-istadju ma jidhirx li hemm bżonn ir-raba doża,” tenna l-Ministru Fearne, madanakollu qal, “jista’ jkun li naslu fl-istess sitwazzjoni li niġu pariġġ l-influwenza, jiġifieri li jkun hemm vaċċin darba fis-sena.”

Il-Ministru Chris Fearne spjega ukoll li f’Jannar, terz li kienu rrappurtati li mietu waqt li kien pożittivi għall-Covid, ma mitux kawża tal-Covid.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com