Bil-Filmat: Il-Mument Li R-Russja Bdiet L-Invażjoni Tagħha Fl-Ukrajna
Dawn huma l-ewwel filmati wara l-attakk li seħħ dalgħodu mir-Russja fuq l-Ukrajna.
Dan wara li l-President Russu Vladimir Putin kmieni dalgħodu permezz ta’ messaġġ irrekordjat fuq it-televiżjoni ddikjara l-bidu tal-invażjoni estensiva tal-Ukrajna. L-attakki seħħew fl-istess ħin waqt li kienet għaddejja laqgħa tan-Nazzjonijiet Maqgħuda biex tinstab it-triq tal-paċi.
L-attakk fuq il-belt ta’ Kharkiv tal-anqas ħalla 8 persuni mejta. Aktar attakki mir-Russi seħħew f’diversi bliet oħra, f’postijiet strateġiċi Ukreni.
L-awtoritajiet Ukreni qalu li rnexxielhom iwaqqgħu sitt ajruplani militari Russi kif ukoll qalu li qatlu madwar 50 suldat Russu qrib il-belt ta’ Luhansk.
Ir-Russja qed tiċħad dawn ir-rapporti.
This is a video from Kharkiv after #Putin‘s first attack on it. The explosions continue. Just heard another one in #Kyiv. #RussiaInvadedUkraine. pic.twitter.com/u5RzmhHy30
— Inna Sovsun (@InnaSovsun) February 24, 2022