Bil-Filmat: Żewġt Iħmir Iduru Fit-Toroq Tal-Kalkara…Jidhru Li kienu Qed Jieħdu Pjaċir!

 Bil-Filmat: Żewġt Iħmir Iduru Fit-Toroq Tal-Kalkara…Jidhru Li kienu Qed Jieħdu Pjaċir!

Filmat ħelu li qed idur fuq il-mezzi soċjali juri żewġt iħmir li kienu qed iduru fit-toroq tal-Kalkara viċin ġnien is-Salvatur.

Dan il-filmat li ittieħed jumejn ilu juri liż-żewġt iħmir mixjin fit-triq u wieħed minnhom jidher li għoġbu l-ambjent għaliex intefa mal-art idur fuq it-tarmak. Il-ħmir jidher li ma tantx riedu jersqu fil-ġenb biex jgħaddu l-karrozzi, però bil-mod il-mod u b’xi ftit storbju mix-xufier jidher li resqu.

Mhux xi xeni li għadna naraw spiss però fl-imgħoddi żgur li din kienet in-norma.

Jidher li ftit wara ttieħdet azzjoni mill-awtoritajiet biex ħadu lill-annimali minn fejn ħarbu.

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com