Ċiklist Iweġġa’ Gravi Wara Li Ntlaqat Minn Vann F’Ħal Luqa
Ċiklist, Ingliż ta’ 34 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn vann.
L-aċċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-5:30pm, fi Triq L-Ewwel Titjira, Ħal Luqa.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm il-vittma, u Isuzu NPR, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 42 sena residenti Wied il-Għajn.
Iċ-ċiklist ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.