“Dan Hu Mument Ikrah Ħafna…” – Il-Kap Tal-PN Jikkundanna L-Aggressjoni Russa Fl-Ukrajna

 “Dan Hu Mument Ikrah Ħafna…” – Il-Kap Tal-PN Jikkundanna L-Aggressjoni Russa Fl-Ukrajna

Il-Kap tal-PN Bernard Grech fl-ewwel kummenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna qal li huwa jikkundanna l-aggressjoni Russa fl-Ukrajna li tmur kontra t-trattati internazzjonali u l-integritá territorjali Ukrena li Malta tinsisti li jiġu rispettati.

Huwa qal li Malta trid tappoġġja bi sħiħ l-isforzi Ewropej għal risposta koordinata permezz ta’ sanzjonijiet ekonomiċi. “Nemmen li l-poplu Malti u l-popli Ewropej kollha għandhom jinżammu aġġornati regolarment fuq dawn is-sanzjonijiet u l-effettivita tagħhom.”

Dr Bernard Grech qal li f’din is-sitwazzjoni jeħtieġ koordinament fuq livell Ewropew biex flimkien niġġestixxu tali effetti ikollhom l-anqas impatt fuq l-għixien tal-Ewropej u tal-Maltin b’mod partikolari.

“Dan hu mument ikrah ħafna, delikat u ta’ theddida għall-istabilitá fl-Ewropa u madwar id-dinja,” tenna l-Kap tal-PN.

Dr Bernard Grech temm jgħid li bħala pajjiż għandna nuru solidarjetà mal-poplu tal-Ukrajna u filwaqt li nosservaw in-newtralità tagħna, irridu nwasslu l-messaġġ li azzjonijiet li jpoġġu f’riskju l-integrita u s-sovranità ta’ pajjiż mhumiex aċċettabbli.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com