Dawn Il-Platti, Kikri U Skutelli M’Għandhomx Jintużaw

 Dawn Il-Platti, Kikri U Skutelli M’Għandhomx Jintużaw

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed jinforma lill-pubbliku li m’għandhomx jintużaw dawn il-platti, kikri u skutelli għat-tfal.

Dan minħabba li nstab li jista’ jkun hemm migrazzjoni ta’ ċomb u kadmju fl-ikel waqt l-użu.

Deskrizzjoni tal-prodotti: Platt għat-tfal magħmul mill-ħadid u miksi bl-enamel (90% ħadid; 10% enamel) Kikkra għat-tfal magħmula mill-ħadid u miksija bl-enamel (90% ħadid; 10% enamel) Skutella għat-tfal magħmula mill-ħadid u miksija bl-enamel (90% ħadid; 10% enamel)

Tema: Sweet bloom

Numru tal-artiklu: Platt: 3641/202/999

Kikkra: 3641/210/999

Skutella: 3641/211/999

Dittà: ZARA Home

Oriġini: Ċina

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 jew jibgħat email fuq [email protected].

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com