Diplomatiċi Ukreni U Russi F’Taħditiet Fil-Belarussja

 Diplomatiċi Ukreni U Russi F’Taħditiet Fil-Belarussja

L-ewwel taħditiet bejn delegazzjoni Ukrena u Russa bdew ftit tal-ħin ilu f’post viċin il-fruntieri, fil-Belarussja.

Sadanittant in-Nazzjonijiet Uniti se tkun qed isejjaħ laqgħa ta’ emerġenza mal-193 pajjiż membru aktar tard illum biex jiddiskutu l-invażjoni Russa fl-Ukrajna u l-għexieren ta’ eluf ta’ Ukreni, l-aktar nisa, tfal u anzjani, li qed jaħarbu mill-ġlied biex isibu s-sigurtà fil-pajjiżi ġirien.

L-attakki għadhom għaddejjin u l-vittmi ċivili Ukreni għadhom telgħin bil-Ministeru għad-Difiża jikkonferma li s’issa nqatlu 352 persuna Ukrena, inklużi 14-il tifel u tifla. Qal ukoll li 1,684 persuna oħra, inklużi 116-il tifel u tifla, ġew midruba.

Matul laqgħa li saret mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE ġie deċiż li l-Unjoni Ewropea tixtri u tibgħat armi militari fl-Ukrajna, kif ukoll tintroduċi aktar sanzjonijiet.

Il-UNHCR qalet li s’issa huwa stmat li madwar 368,000 persuna ħarbu mill-Ukrajna.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com