Dr Bernard Grech Jgħid Li Fejn Hemm Il-Kwartieri Tal-Labour Se Jagħmlu ODZ
Waqt żjara li kien qed jagħmel il-Kap tal-PN Bernard Grech dalgħodu f’Marsaxlokk, il-ġurnalist tal-ONE News staqsa lil Grech jekk kienx hemm artijiet diġà identifikati biex isiru ODZ skond dak li kien qed iwiegħed.
Dr Bernard Grech b’mod sarkastiku wieġeb li se jagħmel il-kwartieri tal-Partit Laburista bħala art ODZ.
Fi stqarrija dwar dan il-PL qal li għax il-Kap tal-PN kien maqbud fuq sieq waħda u ma jafx is-suppost wegħdi tiegħu, “il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li jagħmel miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista post ODZ.”
“Hekk jagħmel min hu arroganti, jaħseb li jista’ jattakka u jelimina lil min ma jaqbilx miegħu. Bernard Grech il-wiċċ tal-passat,” saħaq il-PL.
Ara l-filmat: