€1,500 Rigal Jekk Jirnexxielek Isib Lill-Kelba Mika

 €1,500 Rigal Jekk Jirnexxielek Isib Lill-Kelba Mika

Il-Familja Drago qed terġa’ tagħmel appell ieħor għal għajnuna tal-pubbliku sabiex jinstab il-kelb tagħhom li ntilef nhar it-Tnejn li għadda fil-Wardija, viċin ‘Castello Dei Baroni.’

Il-Kelba li jisimha Mika tat-tip Chow Chow għadha ma’ nstabitx għalkemm xi persuni jidher li lbieraħ rawha fil-Mosta.

Il-familja Drago qed toffri €1,500 għal minn jirnexxielu jirritorna l-kelba lura. Possibbilment il-kelba tista’ tkun qeda fl-inħawi tan-Naxxar, Il-Mosta, Burmarrad u l-Wardija.

Il-familja qed titlob sabiex tingħata nformazzjoni korretta u mhux spekulazzjonijiet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com