“F’Jum It-Tieġ Mhux Ser Ittellagħni Sal-Artal…” – Bint Chris Scicluna
“Grazzi talli int kont missier għalija, kont int li ħeġġiġtni biex nibda l-ballet u li dejjem tajtni l-kuraġġ biex inkun l-aħjar li qatt nista’ nkun f’dak kollu li nagħmel.”
Dan kien il-messaġġ li kitbet Michelle Scicluna, bint Chris u Moira, wara li tħabbret il-mewt ta’ missierha aktar kmieni llum.
Fuq il-mezzi soċjali hija qalet li ma setgħetx taċċetta t-tbatija li missierha kien qed jgħaddi minnha f’dawn l-aħħar xhur.
“Jien imnikkta l-aktar li mhux ser tkun qed ittellagħni sal-artal f’jum it-tieġ tiegħi, u mhux se tara lit-tfal tiegħi jikbru,” tenniet Michelle.
“Imma nirringrazzja lil Alla issa tinsab mistrieħ flimkien mal-anġli u n-Nannu. Aħna nħobbuk ħafna,” temmet tgħid bint Chris u Moira.
Il-funeral se jkun qed isir nhar it-Tlieta, 22 ta’ Frar, fit-8:30am, fil-Knisja tal-Balluta.
Strieħ fis-sliem Chris!