Fl-Indja: Tieġ Jinbidel F’Traġedja Kbira

 Fl-Indja: Tieġ Jinbidel F’Traġedja Kbira

Tieġ fl-Indja jinbidel f’traġedja hekk kif minn tal-anqas 13-il persuna mietu u 2 oħra ndarbu serjament wara li waqgħu f’bir.

Dan il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija fid-distrett ta’ Uttar Pradesh u l-Pulizija qalu li l-vittmi kienu kollha nisa u tfal. Jidher li dawn kienu qegħdin fuq għatu li kien qed jgħatti bir mhux użat, li bil-piż tagħhom spiċċat ċediet bil-konsegwenza li waqgħu fil-bir għoli madwar 15-il metru.

Il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi, f’kummenti fuq il-mezzi soċjali qal li dan huwa każ ta’ qsim il-qalb, filwaqt li offra l-għajnuna lil dawk kollha involuti.

Ritratti: Sky News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com