Fl-Italja: Anzjana Tinstab Mejta Fuq Siġġu Wara Sentejn…L-Awtoritajiet Jisħqu Li Għadna Nieħdu Ħsieb Aktar Lil Xulxin
Anzjana ta’ 70 sena instabet mejta bilqiegħda mal-mejda tal-ikel fid-dar tagħha wara sentejn.
Dan il-każ seħħ f’Prestino, fl-Italja meta l-Pulizija marru jħabbtu d-dar tal-anzjana minħabba li xi siġar fil-ġnien tagħha kienu ħa jaqgħu.
Marinella Beretta, ma’ kellha l-ebda familjari li kieku għadhom ħajjin, u l-ġirien tagħha qalu li kienu ilhom madwar sentejn u nofs ma jisimgħu dwarha.
Dan il-każ fl-Italja qajjem diversi tħassib dwar kemm verament qed nieħdu ħsieb lil dawk ta’ madwarna, speċjalment l-anzjani li jgħixu weħedhom.
Fl-Italja huwa stmat li madwar 40% tal-anzjani li għandhom ‘il fuq minn 75 sena jgħixu weħedhom.
Il-Ministru tal-Familja Elena Bonetti saħqet dwar l-importanza li l-komunità tibqà maqgħuda flimkien. “Iridu nieqfu nillimitaw ruħna għall-ħajja personali tagħna biss, iridu nerġgħu nibdew nieħdu ħsieb xulxin. Ħadd m’għandu jitħalla waħdu.”