“Għadni Sa Issa Bla Kliem, Imma Kuljum Inħossok Miegħi” – Joseph Borg
“Bħal-lum 3 snin tlaqt u għadni sa issa bla kliem, imma kuljum inħossok miegħi.”
Dan kien il-messaġġ li kiteb dalgħodu Joseph Borg, magħruf bħala Ġorġ f’għeluq it-tliet snin mill-mewt ħabta u sabta ta’ Benny Casha, attur u direttur ta’ Bronk Productions.
Benny kien raġel maħbub ħafna speċjalment fl-Isla, hekk kif kien involut kemm fit-tim tal-futbol Senglean kif ukoll fil-klabb tar-regatta tal-Isla, fost impenji oħra li kellu u għajnuna li kien jagħti lil kulħadd.
Benny Casha kellu 48 sena.
Strieħ fis-sliem Benny.